L-Appostli

It-12-il appostlu, jew sempliċiment “it-Tnax” kienu l-eqreb dixxipli, segwaċi, ta’ Ġesù. Wara l-mewt ta’ Ġesù, huma waqfu u mexxew diversi komunitajiet biex iwasslu t-tagħlim ta’ Ġesù f’partijiet differenti tad-dinja ta’ dak iż-żmien. Min kienu dawn it-tnax?

Fil-Bibbja nsibu erba’ siltiet bil-lista tal-ismijiet tal-appostli. Dawn huma:

Mattew 10, 2-4Mark 3, 16-19Luqa 6, 13-16Atti 1, 13
Xmun (semmieh Pietru)Xmun (Pietru)Xmun (Pietru)Pietru
Indrì (ħu Pietru)Ġakbu (ta’ Żebedew)IndrìĠwanni
Ġakbu (ta’ Żebedew)Ġwanni (ta’ Żebedew)ĠakbuĠakbu
Ġwanni (ħu Ġakbu)IndrìĠwanniIndrì
FilippuFilippuFilippuFilippu
BartilmewBartilmewBartilmewTumas
TumasMattewMattewBartilmew
Mattew (il-pubblikan)TumasTumasMattew
Ġakbu (ta’ Alfew)Ġakbu (ta’ Alfew)Ġakbu (ta’ Alfew)Ġakbu (bin Alfew)
TaddewTaddewXmun (l-Imħeġġeġ)Xmun (l-Imħeġġeġ)
Xmun (il-Kanani)Xmun (il-Kanani)Ġuda (ta’ Ġakbu)Ġuda (bin Ġakbu)
Ġuda (l-Iskarjota)Ġuda (l-Iskarjota)Ġuda (l-Iskarjota) 
Ikona Biżantina “Ġesù hu s-Siġra tal-Ħajja”, turi l-Appostli fil-friegħi (sors: https://tinyurl.com/ybzxyg64)

L-ikbar differenza hi bejn il-listi ta’ Luqa (Luqa 6, 13-16 u Atti 1, 14) u l-listi ta’ Mattew u Mark, fejn tal-ewwel isemmu lil Ġuda ta’ Ġakbu u tal-aħħar isemmu lil Taddew.  It-Tradizzjoni tal-Knisja dejjem żammet li dawn kienu l-istess persuna, b’ismijiet differenti.

Il-lista ta’ Luqa fl-Atti tal-Appostli tniżżel ħdax-il isem, minħabba li l-lista qed tirreferi għall-appostli wara l-mewt ta’ Ġuda l-Iskarjota. Fl-Atti 1, 26 nsibu l-ħatra tal-Appostlu Mattija biex jieħu post Ġuda l-Iskarjota, imma din ma kienetx stedina diretta minn Ġesù bħal tal-oħrajn, għalhekk mhux imniżżel fit-tabella ta’ hawn fuq.

Interessanti hu li l-Evanġelju skont San Ġwann ma nsibu l-ebda lista u xi ismijiet tal-appostli lanqas huma msemmija.  L-istess nistgħu ngħidu għal Marija. Li kieku għandna l-Evanġelju ta’ Ġwanni biss, la nafu x’kien jisimha omm Ġesù u lanqas l-isem tal-maġġoranza tal-appostli.

Sfortunatament ftit nafu dwar l-appostli u maż-żmien kien hawn diversi diffikultajiet u idejat konfużi; bħal ngħidu aħna, ma kienx isir distinzjoni bejn Filippu l-appostlu u Filippu d-djaknu fl-Atti 6, 5; 8, 5-6; 21, 8.

Ġesù kellu ħafna segwaċi, tnax minnhom kienu magħżula minnu u sejħilhom appostli.  Minn dawn it-tnax, kellu tlieta li kienu aktar ta’ ġewwa: Pietru, Ġakbu, u Ġwanni. Dawn it-tlieta nsibuhom xhieda ta’ mirakli u episodji li l-appostli l-oħra ma kienux:

Jalla aħna wkoll inkunu denji biex il-Mulej issejħilna ta’ ġewwa meta niltaqgħu miegħu!