Avvent 2023
Wasalna għal bidu ta’ sena ġdida fiċ-ċiklu liturġiku. Il-Knisja tibda s-sena bi preparazzjoni għall-Milied. Hu żmien fejn wieħed jieqaf u jħares lura biex jeżamina il-ħajja spiritwali tiegħu u fl-istess ħin jipprepara lilu nnifsu għal sena oħra.
Kull sena x-xhur iġibu staġuni differenti u aħna nippreparaw ħwejjiġna u djarna għal dak li jkun ġej. Bl-istess mod, il-Knisja tgħaddina minn staġuni liturġiċi biex in-Nisrani jipprepara ruħu għal dak li l-ħajja tkun qed tpoġġi quddiemu. Għalhekk, in-Nisrani li qed ifittex jgħix il-Kelma t’Alla m’għandux jitlef dan iż-żmien ta’ preparazzjoni.
Hawn taħt qed nipproponi siltiet mill-Bibbja biex wieħed jieqaf magħhom matul dan iż-żmien tal-Avvent u jirrifletti dwarhom u dwar il-ħajja spiritwali tiegħu. Huma siltiet qosra biex tkun iktar faċli li wieħed isib ħin għalihom.
L-Ewwel ġimgħa – Tama
Il-Ħadd | Isaija 9, 6 |
It-Tnejn | Rumani 15, 13 |
It-Tlieta | Ġeremija 29, 11 |
L-Erbgħa | Salm 33, 20-22 |
Il-Ħamis | Rumani 5, 1-5 |
Il-Ġimgħa | Isaija 40, 31 |
Is-Sibt | Luqa 1, 26-38 |
It-Tieni ġimgħa – Sliem
Il-Ħadd | Isaija 26, 3-4 |
It-Tnejn | Ġwanni 14, 27 |
It-Tlieta | Filippin 4, 6-7 |
L-Erbgħa | Isaija 52, 7 |
Il-Ħamis | Rumani 8, 6 |
Il-Ġimgħa | Rumani 15, 13 |
Is-Sibt | Mattew 5, 9 |
It-Tielet ġimgħa – Ferħ
Il-Ħadd | Salm 16, 11 |
It-Tnejn | Luqa 1, 39-45 |
It-Tlieta | Ġwanni 16, 22 |
L-Erbgħa | Salm 28, 7 |
Il-Ħamis | Galatin 5, 22-23 |
Il-Ġimgħa | Isaija 12, 2-3 |
Is-Sibt | 1 Pietru 1, 8-9 |
Ir-Raba’ ġimgħa – Imħabba
Il-Ħadd | Mattew 1, 18-25 |
Minn jixtieq jista’ jniżżel dawn is-siltiet flimkien ma xi mistoqsijiet li jakkumpanjawhom biex jgħinuk fir-riflessjoni tiegħek. Dan il-pdf hu maħsub biex jiġi stampat f’forma ta’ ktejjeb billi tagħżel Booklet bħala Paging Size & Handling meta tistampah mill-Adobe Reader.
Taħlix dan iż-żmien!