This blog roll is dedicated to Gruppi Familji Nsara (GFN). GFN is a local group of married couples spread throughout Malta. They meet every month in homes and parishes to share their lives in light of the Word of God. GFN is part of Cana Movement and is a member of the International Confederation of Christian Family Movements (ICCFM).
Throughout 2021, GFN groups will be reading, discuss, and reflect parables from the Gospel and discuss and reflect how these apply to their lives. During this year, I will be adding my reflections on Icons representing the parables being discussed.
- Riflessjoni dwar it-Talba tal-MissiernaOrjentament Matul il-laqgħa tagħna flimkien ser nittrattaw it-talba tal-Missierna. Hi talba li tgħallimniha meta konna żgħar u għadna ngħiduha kuljum. Imma, kemm nieqfu u nirriflettu dwarha? Dan hu li ser nagħmlu matul din il-laqgħa, flimkien sejrin nippruvaw nifhmu aħjar din it-talba hekk sempliċi u profonda. Qari mill-Iskrittura… Read more: Riflessjoni dwar it-Talba tal-Missierna
- Avvent 2023Wasalna għal bidu ta’ sena ġdida fiċ-ċiklu liturġiku. Il-Knisja tibda s-sena bi preparazzjoni għall-Milied. Hu żmien fejn wieħed jieqaf u jħares lura biex jeżamina il-ħajja spiritwali tiegħu u fl-istess ħin jipprepara lilu nnifsu għal sena oħra. Kull sena x-xhur iġibu staġuni differenti u aħna nippreparaw ħwejjiġna u… Read more: Avvent 2023
- Mary Magdalene in the Gospels: Witness to ResurrectionMary Magdalene’s presence in the Gospels holds significant importance as she emerges as a prominent figure closely associated with Jesus Christ. This short blog entry examines the portrayal of Mary Magdalene in the Gospels, exploring her role as a devoted follower and witness to the resurrection of… Read more: Mary Magdalene in the Gospels: Witness to Resurrection
- Mary Magdalene: The Enigmatic DiscipleMary Magdalene, an enigmatic figure in biblical history, has captivated the imagination of scholars and believers alike for centuries. Revered as one of Jesus Christ’s most devoted followers, she holds a prominent place in Christian tradition. Early Life and Background While specific details regarding Mary Magdalene’s early… Read more: Mary Magdalene: The Enigmatic Disciple
- 2022/12 – Il-mara KangħanijaQari mill-Evanġelju skont San Mattew Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna!” Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh… Read more: 2022/12 – Il-mara Kangħanija
- 2022/11 – L-armla ta’ NajnQari mill-Evanġelju skont San Luqa Wara dan imbagħad mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies. Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies… Read more: 2022/11 – L-armla ta’ Najn
- 2022/10 – Il-laqgħa ta’ Ġesù u PietruDan ix-xahar ser niffukaw fuq is-silta ta’ meta Ġesù ltaqa ma Pietru. Ħafna jafu din il-ġrajja bħala s-sajda mirakuluża, imma kif ser naraw, l-akbar miraklu jsir f’qalb Pietru! Qari mill-Evanġelju skont San Luqa Darba l-kotra bdiet tross fuqu biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt… Read more: 2022/10 – Il-laqgħa ta’ Ġesù u Pietru
- 2022/9 – Ġesù jfejjaq wieħed mifluġQari mill-Evanġelju skont San Mark Meta wara xi ġranet daħal Kafarnahum, in-nies semgħet li kien id-dar. U nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux… Read more: 2022/9 – Ġesù jfejjaq wieħed mifluġ
- 2022/8 – Il-fejqan tal-imwieled agħmaQari mill-Evanġelju skont San Ġwann Kif kien għaddej, lemaħ raġel agħma minn twelidu, u d-dixxipli tiegħu staqsewh: “Rabbi, dan twieled agħma għax dineb hu stess, jew għax dinbu l-ġenituri tiegħu?” Ġesù wieġeb: “Mhux għax dineb hu jew il-ġenituri tiegħu, imma ġralu hekk biex l-għemil ta’ Alla jidher… Read more: 2022/8 – Il-fejqan tal-imwieled agħma
- 2022/7 – Ġesù jimxi fuq l-ilmaQari mill-Evanġelju skont San Mattew U minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu; id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra… Read more: 2022/7 – Ġesù jimxi fuq l-ilma
- 2022/6 – Ġesù jitma’ ħamest elef ruħQari mill-Evanġelju skont San Mattew Meta sama’ l-aħbar, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejqilhom il-morda tagħhom. Xħin sar filgħaxija d-dixxipli… Read more: 2022/6 – Ġesù jitma’ ħamest elef ruħ
- 2022/5 – Ġesù jfejjaq lil Bartimew l-agħmaQari mill-Evaġelju skont San Mark U waslu Ġeriko. Hu u ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin… Read more: 2022/5 – Ġesù jfejjaq lil Bartimew l-agħma
- 2022/4 – Il-mewt ta’ LazzruQari mill-Evanġelju skont San Ġwann Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut. Imma wkoll issa, jiena naf li kulma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek.” Ġesù qalilha: “Ħuk jerġa’ jqum!” Qaltlu Marta: “Jiena naf li jerġa’ jqum, fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum.” Qalilha… Read more: 2022/4 – Il-mewt ta’ Lazzru
- 2022/3 – Ġesù jfejjaq għaxar lebbrużiQari mill-Evanġelju skont San Luqa Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna!” Kif rahom, qalilhom: “Morru uru… Read more: 2022/3 – Ġesù jfejjaq għaxar lebbrużi
- 2022/2 – Ġesù jfejjaq il-qaddej ta’ ċenturjunQari mill-Evanġelju skont San Mattew Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq.” Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu.” “Sinjur”, qallu ċ-ċenturjun, “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int ordna biss b’kelma, u l-qaddej… Read more: 2022/2 – Ġesù jfejjaq il-qaddej ta’ ċenturjun
- 2022/1 – It-tieġ f’KanaMerħba għal sena oħra. Din is-sena, il-ktejjeb tal-Iskemi mħejji mill-Gruppi Familji Nsara ser ippoġilna quddiemna episodji mill-ħajja ta’ Ġesù fejn g’xi mod jew ieħor narawh ifejjaq. Fejqan mhux bilfors fil-ġisem, fiżikali, imma aktar importanti dak spiritwali. L-ewwel episodju li qed naraw flimkien hu dak tat-tieġ ta’ Kana.… Read more: 2022/1 – It-tieġ f’Kana
- 2021 – Il-MiliedIt-twelid ta’ Ġesù Kristu F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha. Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’… Read more: 2021 – Il-Milied
- 2021/12 – Il-Parabbola tal-Festa tat-TieġF’dan l-aħħar xahar tal-2021, il-Kummissjoni Formazzjoni tal-Gruppi Familji Nsara permezz tal-ktieb Iskemi qed tistedinna nirriflettu fuq il-parabbola tal-festa tat-tieġ, mill-Evanġelju skont San Mattew. Il-parabbola tal-festa tat-tieġ Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat… Read more: 2021/12 – Il-Parabbola tal-Festa tat-Tieġ
- 2021/11 – Il-Parabbola tal-Għaxar XebbietMatul dan ix-xahar qed nirriflettu dwar il-parabbola tal-għaxar xebbiet. Ħa naqrawha u wara nirriflettu ftit dwarha. Il-parabbola tal-għaxar xebbiet (Mt 25, 1 -13) “Imbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu… Read more: 2021/11 – Il-Parabbola tal-Għaxar Xebbiet
- 2021/10 – Il-Parabbola tal-Għalqa u l-BdiewaFix-xahar t’Ottubru, qed niġu ppreżentati b’parabbola oħra ta’ Ġesù, dik tal-għalqa u l-bdiewa. Ejjew naqraw din is-silta flimkien mill-Evanġelju skont San Mattew: Il-parabbola tal-għalqa u l-bdiewa “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha… Read more: 2021/10 – Il-Parabbola tal-Għalqa u l-Bdiewa
- 2021/9 – Il-Parabbola tat-TalentiGħeżież ħbieb, l-iskema ta’ dan ix-xahar qed tippreżentalna il-parabbola tat-talenti. Ejjew niftħu qlbna u nitolbu l’Alla jibgħat l-Ispirtu tiegħu fuqna waqt li naqraw din is-silta flimkien. Il-parabbola tat-talenti “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah… Read more: 2021/9 – Il-Parabbola tat-Talenti
- 2021/8 – Il-Parabbola taż-Żewġ UliedFil-laqgħa t’Awwissu (skont l-iskema ppreparata mill-Kummissjoni Formazzjoni tal-Gruppi Familji Nsara) qed nittrattaw l-attitudni tagħna lejn dawk li jitolbu xi ħaġa minna. Kemm jien lest li nisma’ u naqdi lill-oħrajn. Imma f’dan is-sussidju nixtieq li nittrattaw dan it-test minn aspett ieħor. Ejjew nidħlu fi spirtu ta’ talb u… Read more: 2021/8 – Il-Parabbola taż-Żewġ Ulied
- 2021/7 – Il-Parabbola tal-Qaddej li ma jaħħfirxMatul dan ix-xahar, bħala Gruppi Familji Nsara mistiedna nirriflettu fuq il-parabbola tal-qaddej li minkejja li l-imgħallem ħafirlu d-dejn kbir tiegħu, hu xorta waħda ma ħafirx id-dejn żgħir li sieħbu kellu miegħu. Ħa naqraw il-parabbola flimkien. Il-parabbola tal-qaddej li ma jaħfirx Imbagħad Pietru resaq lejh u qallu: “Mulej,… Read more: 2021/7 – Il-Parabbola tal-Qaddej li ma jaħħfirx
- 2021/6 – Il-Parabbola tal-għani iblahGħeżież ħbieb. Fix-xahar ta’ Ġunju l-Iskemi tal-Gruppi Familji Nsara qed jistednuna nirriflettu fuq il-parabbola tal-għani iblah, mill-Evanġelju skont San Luqa. Il-Parabbola tal-għani iblah Xi ħadd mill-folla qallu: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi.” “Ħabib,” wieġbu Ġesù, “min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?” Imbagħad… Read more: 2021/6 – Il-Parabbola tal-għani iblah
- 2021/5 – Il-Parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda u l-ħmiraGħeżież ħbieb, għal dan ix-xahar, għandna preżentati żewġ parabboli, dik taż-żerriegħa tal-mustarda u dik tal-ftit ħmira fil-ħobż. Ħa naqrawhom flimkien: Il-parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda Ġabilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost… Read more: 2021/5 – Il-Parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda u l-ħmira
- 2021 – Introduzzjoni għall-Ġimgħa MqaddsaSkema sussidju GFN B’Kara – Santa Marija L-għan ta’ dan il-blog post hu biex jgħinna nidħlu fl-ispirtu tal-ġimgħa mqaddsa u nirriflettu ftit fuq il-ħajja spiritwali tagħna. Mhux ser nieħdu ħafna ħin niddiskutu imma l-iskop hu li nirriflettu fis-skiet. Għal dan l-eżerċizzju ser inħarsu lejn l-ikona Biżantina tad-daħla… Read more: 2021 – Introduzzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa
- 2021/4 – Il-Parabbola tal-Iben il-Ħali u oħrajnL-iskema tax-xahar ta’ April titratta l-parabboli minn San Luqa 15, 1-32. Il-parabbola tan-nagħġa l-mitlufa Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din… Read more: 2021/4 – Il-Parabbola tal-Iben il-Ħali u oħrajn
- 2021/3 – Il-Parabbola tal-Imħallef u l-ArmlaL-Iskema tal-Gruppi Familji Nsara ta’ Marzu tippreżentalna l-parabbola tal-imħallef u l-armla. Kif qed nagħmlu kull xahar, bħala sussidju għall-iskema ser naqbdu immaġni u nirriflettu fuqha. Il-Parabbola tal-Imħallef u l-Armla (Lq 18, 1-8) Imbagħad qalilhom parabbola biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm… Read more: 2021/3 – Il-Parabbola tal-Imħallef u l-Armla
- 2021/02 – Il-Parabbola tas-Samaritan it-TajjebMatul ix-xahar ta’ Frar ser nirriflettu fuq il-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, parabbola li m’għandha bżonn l-ebda ntroduzzjoni u kullħadd jafha. Tant nafuha li daħlet parti mil-lingwa tagħna. Mhux l-ewwel darba tisma’ minn jgħid li “dak Samaritan tajjeb” biex ifaħħar lil xi ħadd dwar xi għajnuna li ta lil… Read more: 2021/02 – Il-Parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb
- 2021/01 – Il-Parabbola taż-ŻerriegħQari mill-Evanġelju skont San Mattew (Mt 13, 3b-9; 18-23) U qalilhom: “Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu mal-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu f’art kollha blat, fejn ma kienx hemm wisq ħamrija, u malajr nibtu, għax il-ħamrija ma kinitx fonda; iżda mbagħad telgħet… Read more: 2021/01 – Il-Parabbola taż-Żerriegħ